2,098,767 research outputs found
Il-forma ortografika u t-tifsira semantika fl-għażla tal-lessiku Malti fl-oqsma tat-traduzzjoni u tat-terminoloġija
Din l-analiżi turi kif is-Semitiku, ir-Rumanz u l-Ingliż li minnhom magħmul il-Malti
jippermettu dinamiżmu u flessibilità kbira fil-qasam tat-traduzzjoni kemm letterarja kif
ukoll nonletterarja. Il-forma ortografika u t-tifsira semantika tal-kliem Malti-Rumanz huma
ħafna drabi l-istess bħal dawk tal-kliem Malti-Ingliż u dan għax kemm l-Ingliż kif ukoll
it-Taljan għandhom fil-lessiku għadd ta’ għeruq komuni li etimoloġikament imorru lura
għal-Latin Medjevali. Ir-rwol tat-traduzzjoni hu li jwassal it-test sors b’mod awtentiku lillqarrej
tat-test mira u mhux li jippreserva l-element Semitiku fil-Malti. Għalhekk għandha
ssir distinzjoni bejn lingwa u traduzzjoni sabiex jiġi osservat id-determiniżmu lingwisitku
stabbilit mill-awtur tal-lingwa sors fl-għażla tal-lessiku li twassal għar-replika vera tat-test
oriġinali fil-lingwa mira tat-traduttur.peer-reviewe
L-istudju tal-Malti
Jekk wieħed joqgħod iqalleb il-paġni tal-istorja tat-tagħlim f’Malta għandu jsib li l-istudju serju tal-Malti fl-iskejjel ma bediex qabel l-1934.N/
L-ortografija tal-Għaqda
Naħsbu li llum ftit fadal nies li mhumiex jaddottaw l-ortografija li swiet tant ħidma u għaraq lill-membri tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti.N/
Il-Malti u l-Għarbi tal-Palestina
L-awtur iqabbel il-Malti mal-Għarbi tal-Palestina billi hu kien jgħix hemmhekk u kien jisma’ lin-nies hemmhekk jitħaddtu bih.N/
L-Imsida u Tal-Pietà
L-awtur jitkellem dwar żewġ lokalitajiet u parroċċi, l-Imsida u Tal-Pietà.N/
Min sab l-ewwel magna tal-ħjata
L-awtur jagħtina tagħrif dwar l-invenzjoni tal-magna tal-ħjata.N/
Ir-rabta bejn l-awtur u s-soċjeta` : il-letteratura Maltija mis-snin Sittin lil hawn : kungress imniedi mill-Għaqda tal-Malti (Universita`), 17 ta’ April, 1993
Meta titkellem dwar il-kittieb tista' ssib ruħek fi żvantaġġ, l-aktar
minħabba li trid tagħmel sens loġiku minn dak li jirrifjuta l-loġika u r-razzjonalità
biex isib dimensjoni aktar awtentika, interjuri u implikattiva.
Iżda fl-istess waqt għandna storja sħiħa ta' kritika u estetika li b'mod ċar
u argumentattiv sabet li setgħet għallinqas tanalizza l-mekkaniżmi u t-teknika
stilistika, flimkien mal-mod kif teżisti u tiffunzjona l-arti, b'mod
oġġettiv u xjentifiku. L-għan tiegħi hawn hu li nsib xi punt bejn il-kritika
u l-arti, proprju fejn wieħed ma jafx eżattament il-kittieb hux qed ikun
aktar xjentifiku, jew aktar spiritwali, biex minn hemm nagħti ħarsa attwali
lejn il-kittieb Malti llum u lejn l-espressjoni awtentika tiegħu fil-pajjiż. [silta]peer-reviewe
L-armonija fil-kitba tal-proża Maltija
F’dan l-artiklu l-awtur jitkellem dwar is-sengħa tal-kitba u l-armonija li ssebbaħha fil-proża Maltija.N/
L-Akkademja tal-Malti
F’dan l-artiklu, l-awtur jiġbor tagħrif storiku dwar l-Akkademja tal-Malti.peer-reviewe
Il-Palazz ta' l-Inkiżitur tal-Birgu
L-awtur jitkellem dwar il-Palazz tal-Inkwiżitur li jinsab fil-Birgu, u l-mod li bih l-Inkwiżizzjoni lokali kienet taħdem.N/
- …
